
Ir-Riħa Tal-Inċens Ma' Ddejjaqnix
[verse] Ilbies ħomor jidhru quddiemi It-tleqqija tiġbidli l-attenzjoni Id il-leminija tlaħħaq sal-ħġieġ jimtela' moħħi bl-opportunitajiet It-tfajla tidher diżappuntata Bil-libsa sewda jkollha tinqeda Biex tieħu tagħha wara taqbad tinki U jiena naqa... Naqa... [chorus] Naqa għat-tpespis li tgħidli ġo widinti Minnufih nferra' t-trab fuq ilsieni Imsakkar il-bieb biex ħadd ma' jfixkilni U l-qabda tagħha titfani ġo ecstasy Mal-bewsa, bil-lipstik sidri xxermedli Redgħa tgħatini fuq idi u madwar għonqi Taħt it-toqol ta' ġisimha hi tifgani U din hi n-naħħa tiegħi li se naħbi [verse 2] allavolja taqbitni bil-mistrieħ Bl-għajta tas-serduq nistenbaħ Barnuża nilbes biex naħbi Id-dnub reċenti li ħatafni Dellha mill-faċċata taqa' fuqi is-silwett tagħha ixxejjerli Biex tgħidli li ħa tistennieni Sabiex x'ħin nasal twaqqagħni [chorus] Naqa għat-tpespis li tgħidli ġo widinti Minnufih nferra' t-trab fuq ilsieni Imsakkar il-bieb biex ħadd ma' jfixkilni U l-qabda tagħha titfani ġo ecstasy Mal-bewsa, bil-lipstik sidri xxermedli Redgħa tgħatini fuq idi u madwar għonqi Taħt it-toqol ta' ġisimha hi tifgani U din hi n-naħħa tiegħi li se naħbi

