[verse] Il-lejl u s-sbuħija baqgħu f'għajnejja Naf li din id-darba, ġejt għandi b’mod ġdid Wara' dawn il-passaġġi, irrid nagħtik il-bqija Biex il-wegħdiet kollha jsiru reali maż-żmien Qed narak tikber u dalwaqt tgħaddini Il-maturità qeda tkarmas il-fidi Ma kull tela' tal-qamar żomm il-ħtija Qalbi nixtieq li tibqa' temmen fija [chorus] Jiena u int, ejjew niżfnu għal l-aħħar darba (Dawra durella madwar il-mejda) Ħalliek min-niket u aqbadli idejja (Nidħaq u nifraħ minflok il-bikja) u waqt li nduru ma kull rokna tal-ġnien (Iħarsu b'daħka familti minn ħdejn il-bieb) Ħares fil-fond u għidli l-aħħar kliem (Dak li faddal ngħidlek joħroġ 'flok is-sliem) [verse 2] b'Pala u barmil, nilgħabu fuq il-bajja Siġġu komdu, fuqu tigdem il-ftira Mal-ħsejjes tal-baħħar ngħidu kelmtejn Ma tħossokx waħdek għax tgħaddi miegħi Kbirt wisq u l-innoċenza qeda titlaqlek Tgħidilhom fuqi imma ħadd ma jemmnek Ma it-tela' tax-xemx li tbaxxar l-għada Bil-libsa, b'kollox, jien se nitlaq [chorus] Jiena u int, ejjew niżfnu għal l-aħħar darba (Dawra durella madwar il-mejda) Ħalliek min-niket u aqbadli idejja (Nidħaq u nifraħ minflok il-bikja) u waqt li nduru ma kull rokna tal-ġnien (Iħarsu b'daħka familti minn ħdejn il-bieb) Ħares fil-fond u għidli l-aħħar kliem (Dak li faddal ngħidlek joħroġ 'flok is-sliem)