
Prefazju (0:00 - 3:20) Il-Qadja (3:20 - 7:02) Sejjeħt il-Maltempata (7:02 - 12:30) Tliet ti Qlub (12:30 - 16:23) Il-Mewt Ta' Kemmuna (16:23 - 19:53) 1. Prefazju: [Instrumentali] 2. Il-Qadja: [Verse] waħda wara l-oħra naħżnu l-ġid Mill-Imsida għal fuq il-luzzu il-bogħod mill-ħallelin [Verse] Kummerċ għali għalina kemm se jiswielna ħarġa ta lejl fuq il-baħar dawra ħaffifha Sa Kemmuna. [Verse] Flus qatt ma kelli ġol-but U mhux se nitlef dan l-opportun Malta qatt ma rruftat qamħ u min jien biex niċħad [Verse] Ejja ħuti, la tibżgħux wara dan il-ftehim se nimlew bwietna, U fl-aħħar inkunu ħielsa mill-ħażżar [Bridge] wieħed tnejn, aqdfu aqdfu. tlieta erbgħa, aqdfu aqdfu wieħed tnejn, aqdfu aqdfu. sal-aħħar, la tieqfux [Bridge] wieħed tnejn, aqdfu aqdfu. tlieta erbgħa, aqdfu aqdfu wieħed tnejn, aqdfu aqdfu. sal-aħħar, la tieqfux 3. Sejjeħt il-Maltempata: [Verse] Vjaġġ bilmogħod fuq il-kalma tat-triq Iddisturbata b'berqa minnufiħ U tlitt ti qlub Jħabbtu mal-bibien It-trejqa tistaħba wara ċpar xiħ f'nofs il-folla, ċkejkna gżira Fortifikata b'truppa b'rasha iebsa Iż-żaqq ratba tiġġelled kontrina U il-boxxla tibda tfallina [Bridge] bhim inaqnaq sħab idamdam seħtet il-qadja Alla għalaq għajnejh [Chorus] Għajn, Neħħi iċ-ċpar Vista li tirbaħ lil Maltempata l-injam Jaqsam Il-blat Għamel mogħdija li jiħtieġ [Verse] Sema ma napprezzax Il-biki sfiq Il-premju tal-fagħal vera krieħ Mewġa wara l-oħra tolqotni Donnu il-baħar jrid jisraqni Il-barmil iħokk ma in-nadir Monstru, Naħlef li ma trampelniex Ma tħassistx li tlifna tliet ħajjiet U naf li dak li jmiss huwa jien [Chorus] Għajn, Neħħi iċ-ċpar Vista li tirbaħ lil Maltempata l-injam Jaqsam Il-blat Għamel mogħdija li jiħtieġ [Chorus 2] Il-Bard Ixoqq l-għadam Il-kumdità waqat mas-skwadra Art Dalwaqt Nasal Iftħu dawk il-portijiet 4. Tliet ti Qlub: [Verse] Qomt min din il-lubiena Taħt l-ilma imdardar Fejn l-għajjat ta ħbiebek Ma jistgħux jinstemgħu Tmien Idejn Kollha mimlija Barra waħda Riżervata Għalik Ta Xorti Tajba ċedi tronġa M'hemmx fejn tistaħba Kemmuna żgħira U meta nxerref Taqa' kolla Taħt delli [Verse 2] Ġgant tal-Akkwa Minn żmien is-sibbiena Lest biex noqtol Kollox li jgħaddi min fuqi Il-berqa tagħjatli biex b'ħeffa tqajjimni Għajta ttarrax Biex tnebbaħli nilħaq lejn is-sħab Biex naqsam is-smewwiet id-dinja nagħmel biegħha dak li irrid jien Teżori midfuna mdawwra bil-katavri Il-baħħar tiegħi kollox fuqu jiġi taħti 5. Il-Mewt Ta' Kemmuna: [chorus] Mewġa kbira t'emozzjoni kemm tolqotni o' Kemmuna B'dispjaċir li ħa nammetti kemm injorajtek o' Kemmuna Qatt ma bsart li li waqt ħajti Narawk nieqsa o' Kemmuna Tifla nieqsa Kważi oħti hi mitlufa o' Kemmuna

