[verse] ħlusija ssellift mingħand ir-rè Kbirt, U missierek ma jistax jwaqqfek Preżenza tidħol f'darek, sewda faħma U tgħawwem b'kalma fuq il-landa Tidħol oħra, jidħlu sebgħa Jpespsu poeżiji ta' kurżità Jħarsu lejk, waqt ta kuntentizza Idejk tlaħħaq u anke' tiegħi [chorus] Ħadt belgħa ragħwa mill-quċċata tat-tazza U issa ma tistax torqod mingħajr xarba tlemmaħt ħarsa ta malajr lejn il-kopertina U issa ma tistax torqod mingħajr ħaxja Ħokk għonqek kemm tiflaħ, b'xejn mhux se taqlagħni il-ġilda imtebba' bil-preżenza tiegħi Ħabel marbut bejnietna, b'xejn mhux se taqalgħu Wara li tikkuntentani, bih mur tgħallaq [Verse] Snin twal mimlijin qdif tifga taħt wiċċ l'ilma tant misfieq u ċappasi Toħroġ wiċċek mil-quċċata L-għadira tmewweġ ma' saqajk Elf għajta jindwew mal-kamra Elf idejn dlilin jilħqu għalik Terġa taqa', u taħlef li din l-aħħar darba [chorus] B'ġismek imtebba' bid-dnub Xorta tista' tibqa' timxi Mhux se tinsi' dawk l-uċuħ Imma m'għadekx fil-tfixkil Il-bieb miftuħ b'nasba warajħ U int taf il-ġlieda li issegwi B'ħarsa kiefra huma jaraw Biex f'kull ħin u mument jilqgħuk [Verse] Mhux waħdek, kullħadd ixxajtan Id-dinja li timxi fuqha nkejjuża Intimidazzjoni kull fejn tasal u it-tentazzjoni tidħol f'kull għażla B'dak li kont t'ikkuntenta Għamel sforz biex taħrabhom Ġlieda kontra din l-isfida dawn is-slaleb għal dejjem trid terfagħhom [chorus] B'ġismek imtebba' bid-dnub Xorta tista' tibqa' timxi Mhux se tinsi' dawk l-uċuħ Imma m'għadekx fil-tfixkil Il-bieb miftuħ b'nasba warajħ U int taf il-ġlieda li issegwi B'ħarsa kiefra huma jaraw Biex f'kull ħin u mument jilqgħuk


