[verse] Inti waħdek Sibt ruħek Mingħajr Ħadd Biex jilqgħek Meta waqajt minfuq dak it-tron li Niżel f'idejk mix-xejn int emmint li ġejt imkellet Ħadd ma jista' jwaqqfek imma int mhux Sejjer imkien [chorus] Il-biża lesta biex taħtfek Meta it-tgħassis jieqaflek Ġo ħofra, il-biża tħannek it-tron li taħseb baqa għandek [verse] int tfassal pjan li ma għadekx tista' tiflaħ Il-battalja tikber u int mhux qed tagħti kas ftit bil-ftit iżżid fix-xkora ftit bil-ftit tibqa' tiddgħajjef issa lesti biex terfa' imma tinnota li għadek ġo ħofra [chorus] Il-biża lesta biex taħtfek Meta it-tgħassis jieqaflek Ġo ħofra, il-biża tħannek it-tron li taħseb baqa għandek [chorus 2] int li għamilt dar fil-fixxa taf il-potenzjal tiegħek innifsek Għaraf li hemm żerriegħa ħajja Taħt il-qoxra mħassra Il-poter li kont se tuża biex taħkem kollox li jiġi f'idejk Infittxuħ, naqdfu fil-fond biex nibnuk kompletament mil-ġdid [chorus 2] Itlaq lil maħbuba tiegħek Li geddsitek għal snin twal hi qeda żżommok b'qabda kiefra biex ma tħallikx tkompli il-vjaġġ Itlaq dak li qed tagħmel u inża' il-ħwejjeġ min fuqek il-ftit qawwa' li fadallek Użaħ biex toħroġ tfettixni [chorus] Nidħol fit-tempju moħġaġ U insib mara libsa pulita b'idejha miftuħa biex tilqagħni b'mod saħħabija, u ta aċċettar Librerija mimlija kotba Naqbad wieħed min fuq l-ixkaffa lest biex naqra, niftħu b'ħeġġa U insib li ġewwa m'hemmx kliem [chorus 2] U meta inċedi għat-tgħanniqa Il-maħbuba biża titgħajjet U titlaq bid-dmugħ f'għajnejha fit-toroq ta belti tistenna Hi tpoġġini f'nofs it-tempju Taqbadli idi biex tofqodni waqt li nippreżenta ruħi Għeri bl-id l-oħra xorta ngħatti [chorus] Aqbadli kelmti U ifforma persuna differenti Meta jkun hemm bżonn żegħelni Imma fl-aħħar itlaqni Kellimni u għalimni fuqi innifsi libbisni kliemi Li nerfagħhom huwa dmiri [verse] bis-saħħa tiegħek Mhux iktar qed ngħix fiċ-ċpar ġimgħa wara oħra naffarna l-biżgħat b'mistħija ħa ngħidlek l-unika ħaġa li hija fuq moħħi waqt li ingerfex matul il-ġurnata hija wiċċek, hija int [chorus] F'telqa kont u f'telqa bqajt x'se nagħmel meta titlaqni f'gerfxa nibqa f'gerfxa ngħix mingħajr ħadd biex jilqagħni [verse] Kull parlata fl-aħħar tal-ġimgħa tfakkarni li qed noqorbu t-tmiem Il-geddsa tiegħek filwaqt bilmogħod tagħmini u tnessini Meta nitlaq minn darek u mill-ġdid jerġa' jimtela moħħi nibqa' ingerfex, xorta naħseb fuq wiċċek, fuqek [chorus] F'telqa kont u f'telqa bqajt x'se nagħmel meta titlaqni f'gerfxa nibqa f'gerfxa ngħix mingħajr ħadd biex jilqagħni [chorus 2] Ġilda ġdida fjamanta Miġbura l-biċċiet imkissra Poter mgħarraq, xxerref lest biex niġġelled għal rasi għalavolja erġajt sibt ruħi u ħajti ġiet fejn kont irridha Inħoss li hemm xi ħaġa nieqsa u li hemm nieqes huwa int [chorus 2] Abbandunat, fuq baħħar ta inċertezza mewġ jfexkluni, ma stajtx insib qasba li nitwiegħer, kontra d-demonji feroċi mingħajrek minnufih tipparalizzani Inħobbok, imma naf li int ma tħobbnix jien biss ieħor li fittixt is-servizz tiegħek imma nitolbok biex tifhem in-naħa tiegħi bil-gwida tiegħek biss jien jħossni ħaj [chorus] F'telqa kont u f'telqa bqajt x'se nagħmel meta titlaqni f'gerfxa nibqa f'gerfxa ngħix mingħajr ħadd biex jilqagħni fittixt omm fittixt raj il midfna li Tifgani Jien sibt mod u sibt dawl li dawwal il motivazzjoni [chorus] b'qoxirti mbiddla qomt b'saħħti mill-bejta biex noħroġ mit-tempju insib ruħi fid-dinja IL-kotba (li) dawwruni Jimtlew kolla bil-għerf Nitlaqhom kolla warajja u l-librerija tintemm [chorus 2] Sieq waħda barra mit-tempju Inħares lura lejn il-padrun Hi tgħolli idejha waqt li ġġemġem Tieħu pass lura waqt li ixxejjer il-bini ġebla ġebla jaqa' fix-xejn Jinbela' wara' saqajja fil-ħaxix Id-daħna li tiblagħni titlaq mar-riħ U waħdi fl-għelieqi insib ruħi


