Song Cover Image

Fejn hu Postok? - It-Tieni Parti

[verse] Qed niktiblek minn hawn ħabib tiegħi, surġent Fil-kumdità ta' l-irtir imsejjaħ għal dal-Kas Naf min (hu) is-sid tal-ħtuf delitt li rajt qabel Li maħdum bl-istess disinn Kriminal, tant preċiż Kollox ħa nagħmel biex Ibni jitwieled f'post salv, u ta' serħan il-moħħ Ta' missier, dmiri dan 'kartamenti qodma F'rokna tal-kantina Hemm tinsab it-tweġiba Li issolvi dal-kas [chorus] iftħilna il-bibien ja mostru, qabbad it-tmiem għalik qed jiġi qrib Cogli quel che semini [verse] Hekk kif ninżel minn fuq Idejja mimlija karti Moħħi ġahri bl-uċuħ Tintlemmaħ Marti Tipassiġġa mal-kunutur tieqaf b'idha fuq spalti "Mhux se terġa' taħdem, hux?" Tgħidli b'vuċi inkwetanti "Jibilgħek il-misteru u qajl qajl jiġi il-kibi U jekk fl-aħħar kollox idur qajl qajl jiġi il-biki" Kollox ħa nagħmel biex li meta jiġi l-ħin salv, u ta' serħan il-moħħ hekk ikun pajjiżi [chorus] iftħilna il-bibien ja mostru, qabbad it-tmiem għalik qed jiġi qrib Cogli quel che semini [chorus] Niftaħ il-bibien tal-post tax-xogħol Tintlemmaħ il-passjoni xogħoli qed issejjaħli [bridge] Bis-skiet fuq l'għalqa Il-ħaxix jittajjar Taħt dawl lleħħeħ jwerżaq Dawl Ikħal u aħmar [Verse] Dar sewda li tilħaq is-sħab tgħarraf wara t-torċ vuċijiet tal-frieħ jinstamgħu f'ħin kontra l-arloġġ L-iskwadra tersaq bil-mod Passi mingħajr ħoss id tinżel fuq il-manku u l-bieb jinfetaħ bl-addoċċ Dawl żżanżan jintlemaħ u jagħmel passaġġ fuq l-għalqa Lura l-iskwadra iħarsu waqt li għajnejhom t'aġġastja u xħin ix-xena tiżviluppa quddiem l-isfond lewn il-blu Tminja u għoxrin riġlejn Jiġru Jinstabu l-mitlufin Jilgħabu [bridge] bl-għajjat fuq l'għalqa Il-ħaxix jittajjar Taħt it-tfal ferrieħa u d-dar tiżvojta [chorus] Għiduli naqra, fejn hu l-ħarries Dak li ġabkhom hawn f'nofs l-għelieqi Dak li għandu wiċċ mtebbgħa bil-ħtuf u saqajħ maħmuġin bil-ħrub Ħallina naqra mill-onġelli m'għandkomx għalfejn Taħarbuli għalfejn ma' tridhux titraddu U f'dagħdagħ waqa wiċċkom? [chorus 2] Tpinġija lewn ċelesti tbakkar It-tfal jirritornaw għand il-ġenituri Il-kulur ta' belti jiġi lura U inħoss kull għajn tħaresli Inpoġġi waqt li' tixxerred l-aħbar It-televixin idawwal il-kamra waqt li jpespesli ġrabi U xorta kull għajn fuqi [chorus] iftħilna il-bibien ja mostru, qabbad it-tmiem għalik qed jiġi qrib Cogli quel che semini Niftaħ il-bibien tal-post tax-xogħol il-passjoni iżżomni xogħoli qed issejjaħli Niftaħ il-bibien Tal-kriminal Inpoġġi biex insolvi Bil-mod dawn il-misteri Niftaħ il-bibien tal-post tax-xogħol il-passjoni iżżomni xogħoli qed issejjaħli