(English lyrics available) - Maltese - [verse] Kemm hu ħelu t-tè li tagħtini filgħodu wara raqda taħt l-istess kutra Kemm hu ħelu l-mod kif tħarisli meta nixrob il-mediċina tad-dwana Il-ħarsa tiegħek tibqa' miegħi stampata, Mit-tnejn sa l-aħħar tal-ġimgħa meta fl-aħħar tiġi lura f'dari wara ġimgħa xogħol tħawwad fil-kantina [chorus] Id-dehra tiegħek tispirani b'ħarsitek lejja, naqbad il-pinzell Għal siegħat twal hi tippożali fl-ilma l-ponta iebsa nbill Bl-isfar, Inpitter l-ixkupa Bl-aħmar, inċappas kull nokkla Bl-aħdar, nimla l-kaldarun Bil-vjola, l-kappa bil-punt [verse] Kemm hu qares il-café li ngħamel jien filgħodu meta inqum u ma nsibekx hawn mingħajr id-droga jħossni qaxqaxi u l-fedeltà nsibha imkissra Ma niflaħx xarba oħra minn taħt idi Għand tar-rokna nfittex sakra Minnufieħ tazza tżerżaq quddiemi Mingħajr qatt ma niftaħ il-kartiera [chorus] Id-dehra tiegħek tispirani b'ħarsitek lejja, naqbad il-pinzell Għal siegħat twal hi tippożali fl-ilma l-ponta iebsa nbill Bir-roża, Inpitter il-widna Bl-aħmar, id-demm fuq is-sinna Bl-isfar, id-dija t'għajnejha Bil-kannella, Inkabbar il-buwa [chorus] Id-dehra tiegħek tispirani b'ħarsitek lejja, naqbad il-pinzell Għal siegħat twal hi tippożali fl-ilma l-ponta iebsa nbill Bl-abjad, Inpitter l-ixkupa Bit-tixhib, inċappas kull nokkla Bil-griż, nimla l-kaldarun Bl-iswed, l-kappa bil-punt - English - [Verse] The tea you give me is so sweet, In the morning, after sleeping under the same blanket. The way you look at me is so sweet, As I drink your custom medicine. Your gaze lingers with me, Stamped from Monday till the end of the week. When finally, you return to my home, After a week of working in the basement. [Chorus] Your look inspires me. With your eyes on me, I grab the paintbrush. For long hours, she poses. In water, I dip the dry point. In yellow, I paint the broom. In red, I stain every curl. In green, I fill the cauldron. In purple, the pointed hat. [Verse] The coffee I make is so bitter, In the morning, when I wake and find you gone. Without your drug, I feel so drained, And my loyalty feels broken. I can't stand another drink from my own hands. At the corner store, I seek a new taste. Suddenly, a glass slides in front of me— Without me ever opening my wallet. [Chorus] Your look inspires me. With your eyes on me, I grab the paintbrush. For long hours, she poses. In water, I dip the dry point. In pink, I paint the ears. In red, the blood on the fangs. In yellow, her glistening eyes. In brown, I grow her furry scarf. [Chorus] Your look inspires me. With your eyes on me, I grab the paintbrush. For long hours, she poses. In water, I dip the dry point. In white, I paint the broom. Grizzly, I stain every curl. In gray, I fill the cauldron. In black, the pointed hat.