
[verse] Kemm bkejt ix-xejn matul il-lejl, b'xewqa ta tarbija Mhux kapaċi l-Ġuf biex joħloq il-miraklu tat-tfulija Riġlejn nisma' jiġru bieb sa bieb, din it-tama ta ġo fija Bil-ħolm biss, nibqa' fuq għarkobbtejja, inbikkiha [Bridge] Imħabbti tkellimni xejn, u aqbadli idejja ejja nimxu id f'id fuq it-toroq tal-kampanja Il-bandli jfakkarna s-sbuħija tat-tfulija Dan kollu frott mill-mirakli ta din is-siġra [Chorus] Kemm hi ħelwa il-frotta li tmajtna Mal-gidma inti smajt it-talb tagħna Taħt dellek norqod jien, bit-tama ta ħolqien Bis-saħħa li ipprovda il-ġnien [Chorus EXT] Is-siġra tal-fertilità B'Isimna imnaqqax Turi Imhabbtna Ġo l-linji ta qalbha

