[verse] Poġġi naqra, tifla. għajjiena mill-mixja? ħalli ngħidlek storja minn passati minsija [verse] qatt smajt bil-mostru tal-lejl? li jħallik bid-demm f’idejk tiġri fit-toroq bi libsa x'ġara qabel, tinsa [verse] Jew il-ġurnata fejn kollox jispiċċa U tiġi għalik il-maħbuba Vincenza Mara sabiħa, bi tbissima mistika Li tirkeb fuq żiemel f’dik is-siegħa kritika [verse] Jew dwar il-Għarusa tal-Mosta, li tidher fil-lejl qabel il-festa, libsa bajda, bħal fantasma tleqq, fittxet l-imħabba li qatt ma temmiet. [chorus] Vitorja Hemm nistenna F’dawn it-toroq antiki Nirrakontalek fantasiji Fil-leġendi sib is-serħan Iktar tard sib trejqtek lejn id-dar Tifla, Mitlufa [chorus] Vitorja Hemm nistenna F’dawn it-toroq antiki Nirrakontalek fantasiji Fil-leġendi sib is-serħan Iktar tard sib trejqtek lejn id-dar Tifla Mitlufa [verse] Is-serp li jdur ma Filfla Mill-bogħod xorta jisamgħek Dragun li jtir ma l-lejl Siekta, tirrogħed idejk [verse] Sirena, Tidher f'Kemmuna Taħt id-dawl tal-qamar kwinta u il-kesħa taqsam tax-xitwa Tiżżerżaq fuq wiċċ l-ilma [verse] Il-ġgant Malti b'kitarra jraqqad lil Malta matul il-gwerra Vuċi sabiħ ta l-għanja Tagħlaq il-ġurnata b'kanzunetta [verse] U ma nistax ninsa is-siġra Li jmorru taħtha il-kopja bil-gidma tal-frott ssir fertili mara (li) ma setgħatx jkollha trabi [chorus] Vitorja Hemm nistenna F’dawn it-toroq antiki Nirrakontalek fantasiji Fil-leġendi sib is-serħan Iktar tard sib trejqtek lejn id-dar Tifla Mitlufa